Filmat | Il-PM ma jgħidx hux se jistaqsi lid-Deputati jekk qattx aċċettaw rigali

Abela qal biss li hemm kodiċi ta' etika li l-Membri Parlamentari jridu jimxu miegħu

Il-Prim Ministru Robert Abela baqa' ma kkommettix ruħu li jistaqsi lid-Deputati tiegħu jekk qattx aċċettaw rigali mingħand negozjanti.

Ftit tal-jiem ilu, wara li l-gazzetta ILLUM żvelat kif id-Deputat Jason Azzopardi kellu kamra mħallsa minn Tumas Group, fil-lukanda Hilton ta' Tel Aviv, il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech qal li se jkun qed jistaqsi lid-Deputati kollha tiegħu dwar jekk qattx aċċettaw rigali simili.

Mistoqsi jekk hux se jagħmel l-istess, Abela ma weġibx iżda qal biss li hemm kodiċi ta' etika li l-Membri Parlamentari jridu jimxu miegħu.

"Hemm il-kodiċi ta' etika li diġà jirregola," insista l-Prim Ministru. Saħaq li jekk xi ħadd kellu jiddikjara xi ħaġa iżda ma għamilx dan, huwa ċar li qed jikser il-kodiċi ta' etika.

Insista li hu se jkun qed jesiġi li dan il-kodiċi ta' etika jkun irrispettat.

Fakkar li dan jgħid ċar u tond li l-ebda Deputat ma għandu jaċċetta rigal li jista' jikkompromettih fil-qadi ta' dmiru.

Aqra wkoll:

More in Politika