40 kumpanija li l-familji ta' Schembri u Tonna kienu involuti fihom ukoll kellhom l-assi ffriżati

Il-Qorti lbieraħ saħqet li hemm biżżejjed suspett li Schembri u Tonna kienu involuti f’reati ta’ ħasil ta’ flus

Total ta’ 40 kumpaniji kellhom l-assi tagħhom iffriżati hekk kif b’xi mod jew ieħor huma marbuta ma’ Keith Schembri u Brian Tonna ta’ Nexia BT jew familjari tagħhom.

Id-deċiżjoni ttieħdet ilbieraħ mill-Imħallef Edwina Grima, hekk kif ġew iffriżati l-assi kollha tal-eks Chief of Staff ta’ Kastilja u Brian Tonna, li huwa wieħed mis-sidien ta’ Nexia BT, il-kumpanija li għenet lill-istess Schembri u lill-eks Ministru Konrad Mizzi biex jiftħu l-kumpaniji fil-Panama.

L-Imħallef ħadet din id-deċiżjoni hekk kif saħqet li hemm biżżejjed suspett li Schembri u Tonna kienu involuti f’reati ta’ ħasil ta’ flus.

Il-kumpaniji li l-assi tagħhom ġew iffriżati għax fihom hu involut Schembri jew inkella maru Josette u uliedu Alfio, Josephine u Juliana jinkludu: KASCO Holdings Limited, Navis Logistics Limited, Kasco Limited, Kasco Recycling, Its Good Limited, Graphic Supplies Limited, FSV Limited, CINEBISS Limited, Tekhne Industrial, Kasco Engineering Company, Berner Malta Limited, 3City Designs, GSV Co Limited, Holdforth Limited, Malmos Limited u Colson Services Limited.

Malcom Scerri, is-sieħeb ta’ Schembri fin-negozju, flimkien ma’ familtu, ukoll kellhom l-assi tagħhom iffriżati.

Brian Tonna u l-qraba tiegħu Caroline, Beverly, Kristie, fost oħrajn, kellhom l-assi tagħhom iffriżati, flimkien ma’ dawk tal-kumpaniji li huwa mdaħħla fihom fosthom: SOPNIF Ltd, KBT Holdings Limited, AWNY Properties, SPX Services Ltd, MBK Limited, NBT Technology, Willerby Trade Inc (fil-British Virgin Islands), Nexia BT Limited, Nexia Bt Holdings (Consulting) Limited, Nexia BT Holdings Limited, BT International Limited, Nexia BT Advisory Service, Nexia BT Consulting Limited, Nexia BT Projects u BTI Management Ltd.

Apparti Schembri, Tonna u Scerri, għadd ta’ persuni oħra wkoll kellhom l-assi tagħhom iffriżati, b’uħud minnhom huma diretturi fil-kumpaniji msemmija.

Aqra wkoll:

More in Politika