Friża fuq l-assi kollha ta' Keith Schembri, martu u Brian Tonna ta' Nexia BT

Il-Qorti tgħid li hemm suspett "raġonevoli" li Schembri u Tonna ħaslu l-flus

Keith Schembri
Keith Schembri

Il-Qorti ordnat il-friża tal-assi kollha tal-eks Chief of Staff f'Kastilja Keith Schembri, ta' martu, tal-kumpaniji kollha tiegħu u ta' Brian Tonna, il-Managing Partner ta' Nexia BT li fetħet il-kumpaniji fil-Panama ta' Schembri u ta' Konrad Mizzi, eks Ministru Laburista - għal xi żmien f'Kastilja wkoll. 

L-ordni ġiet mill-Maġistrat Edwina Grima fuq it-talba tal-Avukat Ġenerali. 

Dan qed iseħħ fid-dawl tal-għeluq ta' inkjesta maġisterjali li kienet qed tinvestiga l-akkużi ta' tixħim fil-konfront ta' Schembri u Tonna mill-iskema tal-passaporti. 

Il-Qorti qablet li kien hemm suspett "raġonevoli" li Schembri u Tonna huma ħatja ta' ħasil ta' flus skont il-liġi ta' Malta. 

L-allegazzjonijiet tal-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil kienu jirrigwardaw żewġ tranżazzjonijiet suspettużi ta'  €50,000 permezz tal-kont tagħhom fil-Bank Pilatus, minn flus mill-iskema tal-passaporti. 

Schembri, qed ikun implikat ukoll fil-qtil ta' Daphner Caruana Galizia, minn Yorgen Fenech - persuna li Schembri, fil-Qorti, qal li tant kien ħabib tiegħu illi kien lest jidħol fin-nar għalih.

 

More in Politika