Mill-każi mħabbra lbieraħ 54 kienu anzjani residenti f'żewġt idjar

51 każ kienu kollha ġejjin mir-Residenza San Ġużepp tal-Fgura

Mill-106 każi ġodda ta' Covid-19 li tħabbru lbieraħ, 54 kienu minn djar tal-anzjani, b'51 minnhom irriżultaw kollha mir-Residenza San Ġużepp tal-Fgura, filwaqt li tliet każi kienu minn Casa San Antonia.

Ta' min ifakkar li nhar il-Ħadd li għadda, mill-istess Residenza San Ġużepp tħabbru 24 każ ieħor u tmien każi oħra s-Sibt.

Intant, fl-aħħar 24 siegħa, instabu 35 każ ġdid ta' Covid-19 filwaqt li fiequ 25 pazjent, biex issa l-għadd tal-każi attivi huwa ta' 601.

ll-każi tal-lum għadhom qed ikunu investigati.

Intant, apparti l-każi fid-djar tal-anzjani, fost il-106 każi tal-bieraħ, 20 kienu qraba ta' pazjenti bil-Covid-19, tnejn kellhom kuntatt dirett ma' pazjenti u kien hemm ukoll żewġ każi importati. 

Aqra wkoll: Il-kunċett tal-bubble se jkun segwit anke fid-djar tal-anzjani; Se jsiru wkoll swabs regolari​

More in Politika