'Mod ġdid b'nies ġodda' - L-għajta ta' Delia għat-tiġrija tal-Kap

Delia saħaq li se jidħol għat-tiġriija b'determinazzjoni iżda jekk il-PN jeleġġi kap ġdid huwa min issa qiegħed iwiegħed li se jkun qed jaħdem id f'id miegħu

Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia, fl-ewwel reazzjoni tiegħu wara l-vot tal-Kunsill Ġenerali, ikkonferma li se jkun qed jikkontesta l-elezzjoni għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista u saħaq li "se jidħol għal din it-tiġrija b'determinazzjoni u kuraġġ kbir."

Insista li jekk it-tesserati jagħżlu li l-Partit Nazzjonalista jkollu Kap ġdid, min issa qiegħed iwiegħed li se jkun qed jaħdem id f'id miegħu.

Mill-banda l-oħra saħaq li jekk it-tesserati jerġgħu jagħżlu lilu, se jkun qed jieħu d-deċiżjonijiet li t-tesserati ilhom jitolbu minnu.

"Mod ġdid b'nies ġodda," se tkun l-għajta tal-kampanja ta' Adrian Delia f'din l-elezzjoni waqt li tenna li l-għażla se tkun dwar jekk it-tesserati jridux partit tal-ftit jew partit tal-ħafna.

Insista li jirbaħ minn jirbaħ, fl-aħħar mill-aħħar se jkun qed jirbaħ il-Partit Nazzjonalista.

Aqra wkoll:

More in Politika