12-il każ ġdid: Ħamsa mill-festa ta' Santa Venera, tnejn mill-party u ħamsa sporadiċi

Jitla' għal sitta n-numru ta' nies pożittivi li marru l-marċ ta' Santa Venera ... ħames każi oħra sporadiċi

Fl-aħħar 24 siegħa - apparti 66 immigrant li rriżultaw fil-pożittiv għall-Covid-19 - kien hemm 12-il każ ġdid ta' persuni pożittivi.  Minn dawn ħamsa oħra li rriżultaw fil-pożittiv kienu mill-festa ta' Santa Venera, fejn diġa' nstab każ ieħor, tnejn huma mill-cluster ta' nies li marru l-party organizzat mill-G7 fil-lukanda Radisson u l-bqija, jiġifieri ħamsa, huma każi sporadiċi - jiġifieri li s-sors tagħhom mhux magħruf. 

Fl-istess perjodu ta' ħin saru b'kollox 1,615-il swab biex it-total issa tela' għal 123,963.  Dan ifisser illi każi attivi f'Malta issa huma 112, li 46 minnhom huma lokali jew impurtati u 66 immigranti.

Intant il-grupp G7 ħabbru li qed ħassru l-attivitajiet u l-avvenimenti kollha li kellhom ippjanati għaż-żmien li ġej kif għamel ukoll id-DJ popolari J Joy.  F'messaġġ fuq Facebook huwa ħeġġeġ lil kulħadd jaħdem flimkien u biex jieħu l-prekawzjonijiet li hemm bżonn. 

Intant numru ta' għaqdiet qed jikkanċellaw il-marċi brijjużi minħabba din iż-żieda fin-numri ta' każi. 

More in Politika