L-Għaqda Każini tal-Banda b'appell għall-prudenza u kawtela ... sebgħa każi ġodda, tnejn impurtati

L-Għaqda Każini tal-Banda b'appelli għall-prudenza u appell ċar:  "Ma għandna nagħmlu xejn li jista jippreġudika x-xogħol kbir ta’ l-Awtoritajiet tas-Saħħa"

L-Għaqda Każini tal-Banda appellat biex il-membri kollha tagħha meta jiġu biex jiddeċiedu x’attivitajiet jorganizzaw "għandhom ikomplu jimxu b’mod kawt u prudenti."

L-Għaqda tfakkar illi f’dawn iż-żmienijiet huwa importanti li nibqgħu nħarsu saħħet il-pubbliku ġenerali u "ma għandna nagħmlu xejn li jista jippreġudika x-xogħol kbir ta’ l-Awtoritajiet tas-Saħħa."

"Din hi sena partikolari u għalhekk iċ-ċelebrazzjonijiet tal-festi tagħna għandhom jirriflettu dawn l-istess żminijiet," temmet tgħid l-Għaqda. 

Dan jiġi hekk kif wara diċċeriji li rriżultaw li ma kinux minnhom dwar il-marċ ta' San Ġorġ f'Għawdex, ilbieraħ irriżulta li persuna pożittiva għall-Covid-19 mhux biss mar il-każin imma attenda wkoll għall-marċ tal-festa ta' Santa Venera, f'Santa Venera

In-numri ta' każi għollew rashom f'dawn l-aħħar jiem bi 17-il persuna tirriżulta fil-pożittiv minn party li sar bejn is-17 u d-19 ta' Lulju li għadda fil-Lukanda Radisson. Ilbieraħ sala fl-isptar kellha tiġi ssiġillata wara li rriżulta pazjent pożittiv għall-Covid-19. 

Intant skont informazzjoni tal-lum fl-aħħar 24 siegħa kien hemm seba' każi ġodda li minnhom tnejn huma impurtati.  Dawn is-seba' każi rriżultaw minn total ta' 1,353 swab.  Dan ifisser li l-każi attivi issa telgħu għal 34.

 

More in Politika