Sala fl-Isptar Mater Dei ssiġillata wara każ ieħor ta' Covid-19 - tobba u infermiera fi kwarantina

Sala fl-Isptar Mater Dei ssiġġilata ... tobba u infermiera fi kwarantina

Wara l-każ ta' persuna li nstabet pożittiva u li marret il-festa ta' Santa Venera, LSE li mar il-party fil-lukanda Radisson u li mar ix-xogħol fi Skola Sajf  - issa kien imiss li jkun żvelat illi pazjent fl-Isptar Mater Dei irriżulta pożittiv bil-kongewenza li sala tal-Isptar kellha tkun issiġillata. 

Rapport fuq is-sit timesofmalta.com jgħid illi numru ta' tobba u infermiera - li kienu f'din is-sala -  tpoġġew taħt kwarantina. 

Dan il-każ qed jiġi hekk kif party li sar fil-lukanda Radisson wassal għal cluster ta' 15-il persuna pożittiva.  Minn fost dawk li marru dan il-party u li rriżultaw fil-pożittiv hemm LSE li mar Skola Sajf u persuna oħra li kienet pożittiva u attendiet il-marċ tal-festa ta' Santa Venera.   Apparti dawn fl-aħħar jiem kien hemm żewġ każi importati u tliet każijiet sporadiċi. 

Sa issa l-każi attivi telgħu għal 27 - mit-3 li kienu sat-3 ta' Lulju li għaddew.

(Aktar informazzjoni malli taslilna)

More in Kronaka