Appell biex kull min attenda attivitajiet tal-festa ta' Santa Venera jmur jagħmel swab

Dawk kollha li attendew dawn l-attivitajiet għandhom iċemplu l-111 u jagħmlu appuntament

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li wara aktar investigazzjoni li saru fuq il-każi ġodda ta' COVID-19 fl-aħħar jiem, jirriżulta li wieħed mill-pazjenti attenda attività tal-festa ta' Santa Venera.

Waħda mill-attivitajiet saret fil-Każin tal-Banda nhar l-Erbgħa 22 ta' Lulju u l-attività l-oħra saret nhar il-Ħamis 23 ta' Lulju.

Dawk kollha li attendew dawn l-attivitajiet għandhom iċemplu l-111 u jagħmlu appuntament.

Fl-aħħar jiem kienet irreġistara żieda fl-għadd tal-każi pożittivi. Ilbieraħ biss, kienu rreġistrati 17-il każ ġdid. 16 minnhom attendew il-party Hotel Takeover li sar fil-lukanda Radisson.

Dan wassal biex kemm it-tobba, il-patoloġisti u anke l-ispiżjara qed jerġgħu jappellaw lill-Gvern biex iwaqqaf immedjatament l-attivitajiet kollha tal-massa.

Illum kien irreġistrat każ wieħed ġdid biex l-għadd tal-każi attivi huwa ta' 27.

Aqra wkoll:

More in Politika