Għal darbtejn - Theuma kkonferma ma' Arnaud li kien hu illi ta daqqiet lilu nnifsu qabel ittieħed l-Isptar

Il-Kummissarju tal-Pulizija jgħid illi l-esperti u investigaturi jikkonfermaw illi t-tip ta' ġrieħi u t-titjir tad-demm jindikaw li dawn ma kinux difensivi ... jgħid iżda li qatt ma kellhom indikazzjonijiet ta' suwiċidju

Il-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà dalgħodu
Il-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà dalgħodu

Waqt konferenza dalgħodu, indirizzata mill-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà, akkumpanjat mill-Ispettur Keith Arnaud u Assistenti Kummissarji, ġie kkonfermat li kollox għadu qed jindika, anke skont l-esperti u l-investigaturi tal-Pulizija, illi l-ġrieħi ta' Melvin Theuma kienu magħmula minn Theuma fuqu innifsu, kemm għaliex l-ebda ġrieħi ma jidhru illi huma difensivi kif ukoll għaliex it-titjir tad-demm jindika li dawn il-ġrieħi ma kinux difensivi.  Dan għaliex kien ikkontaminat u mhux mifrux, kif wieħed jistenna meta jkun hemm attakk u difiża.

Theuma lbieraħ instab fl-appartament tiegħu, li jinsab taħt sigurtà 24 siegħa kuljum, b'daqqiet ta' sikkina u kellu jittieħed l-isptar. Kienet l-illum.com.mt l-ewwel li kkonfermat l-identità ta' Theuma minn sorsi fl-Isptar Mater Dei.

Jidher li l-ispettur Arnaud kien laħaq tkellem ma' Melvin Theuma u dan, kif seta', għall-darbtejn ikkonferma li kien huwa stess li għamel l-ġrieħi fuqu nnifsu. Dawn jinkludu daqqiet ta' sikkina f'idu l-leminija u ġrieħi serji f'għonqu, kif ukoll ġrieħi fuq il-polz tax-xellug. 

L-ispettur Keith Arnaud preżenti waqt il-Konferenza
L-ispettur Keith Arnaud preżenti waqt il-Konferenza

Skont il-Kummissajru kienet l-Avukata ta' Theuma li għamlet kuntatt mal-Għassa tal-Pulizija meta pprovat tagħmel kuntatt miegħu u dan ma kienx qiegħed jirrispondi.

Huwa qal illi ma nstemgħet ebda kommossjoni minn dawk li jgħixu fil-blokka waqt il-ħin tal-inċident. 

Il-Kummissarju Gafà fakkar illi grazzi għall-Maħfra Presidenzjali Theuma kien bniedem ħieles u allura kien hemm limitu ta' kemm il-pulizija setgħet tgħasses, minkejja li kienet dejjem barra r-residenza tiegħu. Meta joħroġ mid-dar, Theuma kien jirkeb il-karozza tal-Pulizija.

Hu jgħid li Theuma qatt ma kien indika li kellu tendenzi suwiċidali. Qatt ma qabel ma pprova jweġġa' lilu nnifsu.

Jeħtieġ li nsiru nafu x'ġara sew dwar l-inċident ta' Melvin Theuma - AD u PD

Fi stqarrija konġunta, l-Alternattiva Demokratika u l-Partit Demokratiku saħqu li dak li seħħ matul il-lejl li għadda huwa inkwetanti u għalhekk ħeġġet lill-Pulizija biex  tistabbilixxi l-fatti kemm jista’ jkun malajr

"Intennu s-sejħa tagħna li f’dan il-waqt l-pulizija teħtieġ l-għajnuna tal-awtoritajiet investigattivi internazzjonali, inkluża skwadra investigattiva, flimkien mal-Interpol u kooperazzjoni mal-FBI. Il-kazi li għandhom x’jaqsmu mal-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia huma prova fundamentali għad-demokrazija tagħna – prova li ma nistgħux ma negħlbux," saħqu ż-żewġ partiti

Aqra wkoll:

More in Politika