Il-PN isejjaħ għar-riżenja ta' Byron Camilleri; Jgħid li l-Istat falla milli jipproteġi l-ħajja ta' Theuma

Il-kelliema tal-Partit Nazzjonalista Beppe Fenech Adami, Jason Azzopardi u Karol Aquilina saħqu li l-aħħar żviluppi jikkonfermaw kif il-kriminalità ħakmet l-istituzzjonijiet

Byron Camilleri
Byron Camilleri

Il-kelliema tal-Partit Nazzjonalista Beppe Fenech Adami, Jason Azzopardi u Karol Aquilina, saħqu li l-Istat falla milli jipproteġi l-ħajja tal-aktar xhud importanti fl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Fi stqarrija maħruġa mill-PN, il-kelliema saħqu li l-aħħar żviluppi għal darb’oħra jikkonfermaw kif il-kriminalità ħakmet l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna u qed tagħmel li trid.

Il-Gvern ta’ pajjiżna m’għandux ir-rieda u l-awtorità morali biex jiġġieled il-kriminalità. Minflok il-Gvern qed iħalli lill-kriminalità tgħolli aktar rasha,” saħaq il-Partit Nazzjonalista.

Kien għalhekk li l-PN qed jitlob għar-riżenja tal-Ministru responsabbli mis-Sigurtà Nazzjonali u l-Intern Byron Camilleri.

Aqra wkoll:

More in Politika