Diskussjonijiet bejn id-Deputati Nazzjonalisti ... indikazzjoni li Deputat ieħor se jisfiduċja lil Delia

Diskussjonijiet bejn id-Deputati ribelli u dawk li baqgħu leali lejn Delia - jidher li Deputat ieħor bidel l-alleanzi u se jingħaqad fl-isfiduċja lejn Adrian Delia  

Deputat ieħor idur kontra Delia
Deputat ieħor idur kontra Delia

L-attività matul il-ġurnata tal-lum baqgħet għaddejja mingħajr waqfien hekk kif il-Partit Nazzjonalista jinsab fi kriżi politika u Kostituzzjonali.  Dan is-sit huwa infurmat li matul il-wara nofsinhar kienu għaddejjin diskussjojnijiet mill-ġdid bejn id-Deputati ribelli nfushom ma' xi Deputati li vvutaw lil Adrian Delia. 

L-informazzjoni li għandu dan is-sit huwa illi fl-aħħar sigħat Deputat Nazzjonalista ieħor li din il-ġimgħa vvota favur Adrian Delia waqt vot ta' fiduċja, ddeċieda li jappoġġja lid-Deputati li qed jimbuttaw biex Delia jitneħħa minn Kap tal-Oppożizzjoni u minfloku tkun maħtura Therese Comodini Cachia. Mhux ċar għalfejn dan id-Deputat  - li dan is-sit għalissa mhux se jippubblika ismu - dawwar l-alleanzi tiegħu iżda jidher li l-intranżiġenza ta' Delia qed iddejjaq lil xi wħud apparti li hemm fatturi oħrajn li sa issa għadhom mhux ċari - bħal, per eżempju aktar informazzjoni jew aħbarijiet li jistgħu joħorġu fiż-żmien li ġej u li jistgħu jimbarazzaw aktar lill-PN u lil Delia. 

Dan ikun ifisser illi b'kollox - ladarba jidher li ħadd minn dawk kontra Delia mhu qed jirreġistra nuqqas ta' qbil  - minn 17-il Deputat, dawk kontra Delia telgħu għal 18.  Dan jeskludi lil David Casa u Roberta Metsola li wkoll ivvutaw kontra Delia. 

Ara hawnhekk dwar il-laqgħat li għadhom għaddejjin bejn id-Deputati u l-President tar-Repubblika

Ara hawnhekk kif qed jinterpretaw il-Kostituzzjoni l-Imħallef Emeritus Giovanni Bonnello, il-Kap tal-Fakultà tal-LIġi Kevin Aquilina u l-Espert tal-Kostituzzjonali Austin Bencini. 

More in Politika