92 talba minn Malta għall-pilloli abortivi matul Marzu u April - ix-xhur tal-pandemija

Women on Web tikkonferma ma' The Guardian illi Malta rat żieda fit-talbiet għall-pilloli abortivi waqt il-pandemija

Matul ix-xhur tal-pandemija Woman on Web - kommunità onlajn ibbażata l-Olanda u li tgħin u tiggwida nisa minn madwar id-dinja kollha - irċeviet 92 talba għall-pilloli abortivi minn nisa Maltin - 45 f'Marrzu u 47 f'April. 

Dawn in-numri kienu żvelati minn l-istess Women on Web u rrappurtati llum stess fuq The Guardian.  L-artiklu fuq dan is-sit popolari jgħid li nisa Maltin qed ikunu mġiegħla jkorru huma stess jew inkella jżommu tqala li huma ma jkunux jixtiequ. 

Huma qalu li t-92 fil-fatt jimmarkaw żieda għal rikjesti ta' dawn it-tip ta' pilloli minn Malta li jibqa' l-unika pajjiż fl-Unjoni Ewropea fejn l-abort huwa llegali u kriminalizzat f'kull ċirkostanza. 

Kif kienet qalet ma' dan is-sit Lara Dimitrijevic - madwar 300 u 400 mara, kull sena tmur tagħmel abort barra pajjiżna jew inkella tordna din il-pillola. L-aħħar ċifri ppubblikati mill-Gvern tar-Renju Unit juru illi s-sena l-oħra biss 58 mara Maltija għamlet abort f'dan il-pajjiż.

 

More in Politika