58 mara Maltija għamlet abort fir-Renju Unit is-sena l-oħra biss

L-għaqda Voice for Choice tgħid illi minkejja dan in-numru ħadd ma jaf għandhomx jew kellhomx bżonn attenzjoni jew kura dawn in-nisa ...

Skont statistika mill-Gvern tar-Renju Unit fl-2019 saru 58 abort minn nisa Maltin fir-Renju Unit.  Fil-fatt in-numru ta' Maltin li għamlu abort f'dan il-pajjiż huwa fost l-ogħla minn nazzjonalitajiet barranin, b'44 abort minn mara Pollakka.

Minkejja li l-abort huwa illegali f'pajjiżna il-fenomenu ta' nies li jagħmlu abort barra minn xtutna mhuwiex ġdid u jikkumpara fil-fatt mal-użu ta' leġizlazzjoni barra minn Malta, minn Maltin - bħad-divorzju qabel kien introdott Malta. 

L-għaqda Voice for Choice - li tikkampanja favur l-għażla libera illi mara tiddeċidi hi jekk tagħmilx abort jew le u li tikkampanja favur prattiċi siguri ta' abort ikkummentat illi apparti n-numru, l-istat u l-poplu Malti ma jaf xejn aktar dwar ir-raġunijiet għalfejn saru dawn l-aborti u x'kienu l-bżonnijiet ta' dawn in-nisa. 

Huma ddeskrivew il-liġijiet ta' Malta dwar l-abort bħala "primittivi" u li jinjoraw il-bżonnijiet mediċi tal-mara. 

More in Politika