Il-Ministru tindika li fil-jiem li ġejjin se titħabbar id-data tal-ftuħ tal-ajruport

Il-Ministru tindika d-data tal-15 ta' Ġunju

Il-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli qalet li fil-jiem li ġejjin il-Prim Ministru mistenni jħabbar il-ġurnata meta se jkun qed jiftaħ l-ajruport, bl-indikazzjonijiet huma li dan se jiftaħ mill-ġdid, anke jekk b’mod ristrett, fil-15 ta’ Ġunju.

Waqt il-programm Xtra, Farrugia Portelli spjegat kif il-mira dejjem kienet il-15 ta’ Ġunju iżda l-Gvern xorta waħda jrid jistenna u jsegwi l-pariri tal-awtoritajiet tas-saħħa.

Farrugia Portelli saħqet li Malta se jkollha sajf. “Se jkun sajf aktar sigur minn qatt qabel,” saħqet il-Ministru.

Il-pressjoni fuq il-Gvern biex jiftaħ l-ajruport żdiedet fl-aħħar jiem partikolarment mill-istakeholders kollha fis-settur, bil-President tal-MHRA iwissi li jekk l-ajruport ma jiftaħx se jintilfu eluf ta’ mpjiegi.

Intant, l-Air Malta ħabbret li mill-1 ta' Ġunju, l-passiġġieri kollha abbord it-titjiriet tagħha jridu jibdew jilbsu l-maskra.

Aqra wkoll:

Il-Gvern taħt pressjoni kbira dwar l-ajruport hekk kif lobbies differenti jgħafsu kontra xulxin

More in Politika