Aġġornata | Tfal minn grupp ta' studenti li kienu Sqallija jintalbu jmorru lura d-dar wara l-protesti tal-ġenituri

Grupp ta' studenti li kienu Sqallija u jattendu l-iskola ta' Santa Tereża jintalbu jitilqu mill-iskola wara li l-ġenituri qajmu kjass għall-fatt li dawn tħallew jidħlu lura ... l-awtoritajiet jappellaw għall-kalma

Dalgħodu qam paniku fl-iskola Santa Tereża ta' Birkirkara hekk kif daħlu lura l-iskola grupp ta' studenti li kienu Sqallija.  Ġenituri li tkellmu ma' dan is-sit qalu illi fl-iskola qam pandemonju sħiħ b'ħafna ġenituri jipprotestaw kontra l-preżenza ta' dawn l-istudenti. 

Jidher iżda - hekk kif kellmu lil dan is-sit sorsi oħrajn - illi dan kien grupp ta' nursery li tela' Sqallija, huwa mqassam f'diversi skejjel, mhux Santa Tereża biss.

Sorsi mill-Gvern qalu illi dawn l-istudenti intalbu jitilqu mill-iskola fil-ħinijet li għaddew, dan filwaqt li reġgħu appellaw għall-kalma u fakkru li m'hemmx bżonn allarm. 

Fil-fatt ir-rabja qamet mhux minħabba suspetti ta' mard imma għaliex il-pajjiż li ġejjin minnu l-istudenti fil-fatt huwa l-aktar wieħed li fih hemm każi ta' coronavirus, lil hinn mill-Ażja.

Ilbieraħ stess il-Prim Ministru Taljan, Giuseppe Conte, ħabbar li l-Gvern Taljan qed jestendi għall-Italja kollha r-restrizzjonijiet li fl-aħħar jiem daħlu fis-seħħ għar-reġjun tal-Lombardia u provinċji oħra.

'Imxejna ma' li qalilna d-dipartiment ...'

Sors ieħor li tkellem mal-illum.com.mt qal li dawn l-istudenti kellhom l-approvazzjoni tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika biex imorru għal din il-ġita. 

"Aħna imxejna mal-istruzzjonijiet billi użajna saniitizers u mxejna mal-istruzzjonijiet.  Fil-lukanda konna għalina."

Spjegaw kif id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika qallhom li ma kienx hemm bżonn ta kwarantina. 

Minkejja dan jidher li f'każi minnhom is-surmastijiet qed iċemplu lill-ġenituri u jgħidulhom biex jiġi jiġbru lit-tfal, anke jekk ma jkollhomx sintomi.

.

More in Politika