Filmat | Keith Schembri jidher għall-ewwel darba wara l-arrest ta' Fenech; Fommu sieket
Keith Schembri deher dieħel Kastilja ftit ħin qabel laqgħa tal-Grupp Parlamentari Laburista

More in Politika
Keith Schembri deher dieħel Kastilja ftit ħin qabel laqgħa tal-Grupp Parlamentari Laburista
Iċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri deher għall-ewwel darba wara li nhar l-Erbgħa li għadda ġie arrestat Yorgen Fenech, is-sid tal-kumpanija 17 Black.
Schembri deher dieħel Kastilja, ftit ħin qabel laqgħa tal-Grupp Parlamentari Laburista.
Minkejja l-ġurnalisti preżenti, Keith Schembri żamm sieket u baqa' dieħel fil-Berġa' mingħajr kummenti.
Minn meta ġie arrestat Yorgen Fenech, allegatament b'rabta mal-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, kibbret il-pressjoni fuq Keith Schembri u Konrad Mizzi biex jirriżenjaw, bil-Ministru Evarist Bartolo wkoll jingħaqad mas-sejħa ta' bosta.
Ta' min isemmi li ġimgħa qabel l-arrest ta' Fenech, Keith Schembri waqqa' l-libell li kien fetaħ kontra l-eks Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil b'rabta mal-kumpanija f'Dubaj 17 Black.
Keith Schembri ma kienx ċaħad l-eżistenza tal-kumpanija 17 Black, anzi kien qal li kienet parti mill-pjan tiegħu għan-negozju.
Ir-risposta kollha ta' Schembri kienet din:
"17 Black and MacBridge were included in draft business plans for my business group as potential clients. My companies make dozens of business plans such as these. However, it is a fact that neither 17 Black nor MacBridge ever became clients of my business group, and no transactions were ever recorded with these companies, or with me personally. I have no knowledge of the transfers referred to, nor any knowledge of the alleged payment."
X’inhi 17 Black? X’nafu dwarha?