Iva għall-iżvilupp sostenibbli li jtejjeb il-kwalita’ tal-ħajja – Leo Brincat

Le għat-telqa u l-abbandun

Le għat-telqa u l-abbandun
Le għat-telqa u l-abbandun

“Le għat-telqa u l-abbandun ta’dan ir-reġjun u iva għall-iżvilupp sostenibbli li jtejjeb il-kwalita’ tal-ħajja flimkien ma’ sehem qawwi mill-privat li jħares il-bijodiversita’.” Dan qalu l-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Leo Brincat meta kkummenta fl-għeluq ta’ seminar ġewwa SMART CITY dwar il-ġejjieni ideali għan-Nofs in-Nhar ta’ Malta.

Brincat qal li wara li semgħa u fela l-aspetti pożittivi tal-interventi kollha li saru, sabha faċli biex jikkonkludi li l-messaġġ għall-ġejjieni aħjar. “Din hi wegħda li ntrabat magħha l-Gvern innifsu fil-programm tiegħu. Kull pjan ta’ riġenerazzjoni jris isib bilanċ xieraq bejn il-ħarsien tal-iżpazji miftuħa u l-ħolqien ta’ opportunitajiet xierqa ekonomiċi li jkunu tfasslu bis-sens. Dan għandu jsir mill-istakeholders kollha f’mod komprensiv u ħolistiku.”

Il-Ministru Brincat appella  biex flok jiġu identifikati siti ta’ valur ekoloġiku limitat għad-divertiment u l-ħin ħieles  tan-nies l-ewwel prijorita’ għandha tingħata lill dawk iż-żoni magħrufa bħala siti Natura 2000. “Bħal m’għandhom jitpoġġew fil-ġenb kull tip ta’ proposti spekulattivi, daqstant ieħor ma għandhiex tiġi addottata attitudni negattiva kontra kull tip ta’ żvilupp inkluż dak sostenibbli.”

Brincat temm id-diskors tiegħu billi qal li jinsab sodisfatt li b’sostenibbilita’, sensittivita’ u sensibbilita’, ċ-ċittadini nfushom, l-għaqdiet ambjentali  u l-operaturi ekonomiċi għandhom iħossu ruħhom rebbieħa.

More in Politika