Tkompli l-prosekuzzjoni dwar ħasil tal-flus kontra Florinda Sultana u Albert Buttigieg

It-tnejn kienu akkużati minħabba suspett li żewġ ristoranti, wieħed fil-Belt Valletta u l-ieħor f'Marsaxlokk, kienu qed jintużaw b'rabta ma' ħasil ta' flus

Iktar kmieni illum, kompliet il-prosekuzzjoni dwar ħasil tal-flus kontra Florinda Sultana u Albert Buttigieg fejn uffiċjali tal-pulizija mill-unit tal-ħasil tal-flus ippreżentaw evidenza dwar il-kumpanija Catering Limited ta’ Buttigieg u r-ristorant Capo Mulini ta’ Sultana.

Sultana hija bint is-sieħba ta’ Darren Debono, li hu akkużat f'każijiet oħra ta’ ħasil ta’ flus, fuq ċirku ta’ kuntrabandu ta’ €30 miljun bejn il-Libja u l-Italja.

Eks skrivan fil-kumpanija ta’ Debono, World Water Fisheries, xehed li ra lil Sultana tirrapporta għand Debono kemm il-darba; filwaqt li xhud ieħor u ibnu tkelmu dwar it-trasferiment ta' restorant fil-Belt Valletta, Scoglitti, issa msemmi Porticello. Hu qal li kera r-restorant lil Debono minħabba dejn mal-World Water Fisheries. Il-kuntratt eventwalment ġie trasferit lil individwu ieħor.

Xhud ieħor,  xehed fuq kuntratt ta’ self mal-aħħar patrun ta’ Porticello u dwar kif dan kien irriżenja aktar tard u ttrasferixxa l-ishma tiegħu lil Florinda Sultana fi Frar 2020, li assumiet id-dejn tas-self.

Is-seduta li jmiss se ssir fid-9 ta ’Novembru fin-12: 30pm. Ix-xhieda jixhdu dwar l-operazzjonijiet tal-kumpanija ta’ Florinda Sultana.

Aqra wkoll:

It-tifla tas-sieħba ta' Darren Debono u eks uffiċjal ta' bank jitpoġġew taħt att ta' akkuża

L-ebda bank lokali mhu jaċċetta li joffri servizz lir-ristoranti involuti fi proċeduri ta' ħasil ta' flus

More in Kronaka