L-aħwa Agius u Vella interrogati dwar il-qtil ta' Carmel Chircop; Tnejn minnhom investigati wkoll dwar il-qtil ta' Daphne

Dawn l-arresti seħħew ilbieraħ wara li Vince Muscat wieġeb ħati għall-qtil ta' Caruana Galizia u ngħata l-proklama biex jikxef informazzjoni fuq il-qtil ta' Carmel Chircop

Wara l-arrest tal-aħwa Adrian u Robert Agius magħrufa bħala Tal-Maskar u Jamie Vella, il-Pulizija kkonfermat li t-tlieta li huma qed jgħinu fl-investigazzjonijiet b’rabta mal-qtil tal-avukat Carmel Chircop, filwaqt li tnejn minnhom qed jgħinu wkoll fl-istħarriġ marbut mal-omiċidju ta’ Daphne Caruana Galizia.

Fi stqarrija, il-Pulizija saħqet li l-informazzjoni li rċeviet, x’aktarx minn Vince Muscat il-Koħħu li lbieraħ wieġeb ħati għall-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, tikkorrabora evidenza diġa’ fil-pussess tagħha kemm dwar il-qtil ta’ Caruana Galizia fl-2017 u tal-Avukat Carmel Chircop li kien seħħ fl-2015 f’Birkirkara.

Dawn l-arresti twettqu f’żewġ operazzjonijiet konġunti fil-Baħrija fejn ġew arrestati żewġt irġiel u fis-Swieqi fejn ġiet arrestata t-tielet persuna.

X’ġara lbieraħ?

More in Kronaka