Arrestati tliet persuni ssuspettati li pprovdew il-bomba li qatlet lil Daphne Caruana Galizia

L-arresti seħħew hekk kif Vince Muscat, magħruf bħala l-Koħħu, illum wieġeb ħati li kien involut fil-qtil tal-ġurnalista

Tliet irġiel li huma suspettati li pprovdew il-bomba li ntużat biex inqatlet Daphne Caruana Galizia ġew arrestati.

L-aħwa Adrian u Robert Agius magħrufa bħala Tal-Maskar u Jamie Vella, ġew arrestati aktar kmieni llum. Dan ġie kkonfermat ukoll mill-MaltaToday.

L-arresti seħħew hekk kif Vince Muscat, magħruf bħala l-Koħħu, illum wieġeb ħati li kien involut fil-qtil tal-ġurnalista.

Fil-ġimgħat li għaddew huwa kien qed jikkopera mal-awtoritajiet. Jidher li Muscat qed jgħaddi informazzjoni lill-Pulizija bil-għan li tonqoslu s-sentenzi. 

L-aħwa Agius u Vella kienu fost l-għaxar persuni li ġew arrestati f'Diċembru tal-2017 waqt rejda mill-Pulizija. Huma kienu nħelsu u qatt ma ġew akkużati.

More in Politika