Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ħabbar il-Ġimgħa wara nofsinhar li jiġi introdott dazju fiss ta’ €3 fuq kull oġġett f’pakketti żgħar b’ valur inqas minn €150 li ġejjin minn barra l-UE minn Lulju tal-2026.
F'stqarrija l-kunsill spjega li din l-azzjoni qed titieħed bħala miżura temporanja għal fatt li dawn il-pakketti qed iwasslu għal kompetizzjoni mhux ġusta għal bejjiegħa fl-UE, riskji ta’ saħħa u sigurta għall-konsumaturi, frodi u problemi ambjentali. Din il-miżura sa tibqa fis-seħħ sakemm miżuri permanenti jiġu implimentati. Il-Kunsill spjega li 93% ta’ attivita kummerċjali elettronika se tiġi affetwata b’din il-miżura.
Din il-miżura daħlet fis-seħħ waqt żmien kruċjali għall-attivita’ kummerjċali elettronika, fejn kumpaniji kbar Ċiniżi bħal Shein, Temu u Aliexpress li jbiegħu oġġetti ta’ kwalita’ baxxa b’prezzijiet ċiċri laħqu l-quċċata tal-popolarita' ma’ konsumaturi Ewropew li dejjem qed jippruvaw innaqsu l-infiq tagħhom.
Numru ta’ konsumaturi Ewropew, inkluż dawk Maltin, huma inkwetati hekk kif huma se jiġu affetwati b’mod negattiv biż-żieda fl-ispiża fil-maġġoranza tal-attivitajiet kummerċjali elettroniċi.