Il-Malta Food Agency Tissieħeb mat-Tim tal-Futsal tal-Università ta’ Malta biex Tħeġġeġ Stil ta’ Ħajja Attiva fost iż-Żgħażagħ

Permezz ta’ din l-inizjattiva, l-Aġenzija tkompli torbot il-valuri tal-isport, tas-saħħa u tal-komunità mal-kultura vibranti tal-ikel Malti.

Il-Malta Food Agency bi pjaċir tħabbar kollaborazzjoni ġdida mat-tim tal-Futsal tal-Università ta’ Malta, b’rabta mal-isforzi kontinwi tagħha biex tippromwovi stil ta’ ħajja aktar b’saħħtu u l-konsum ta’ prodotti lokali fost iż-żgħażagħ.

Din is-sħubija tifforma parti mill-missjoni usa’ tal-Aġenzija li tħeġġeġ nutrizzjoni aħjar, aktar għarfien dwar prodotti friski u lokali, u ħajja bilanċjata u attiva. Permezz ta’ dan il-proġett ma’ organizzazzjoni sportiva universitarja dinamika, Il-Malta Food Agency tfittex li tinkoraġġixxi lill-istudenti u lill-atleti żgħażagħ jagħmlu għażliet konxji dwar l-ikel li jsaħħu kemm il-benessri tagħhom kif ukoll ilprestazzjonijiet tagħhom.

Permezz ta’ din l-inizjattiva, l-Aġenzija tkompli torbot il-valuri tal-isport, tas-saħħa u tal-komunità mal-kultura vibranti tal-ikel Malti. Hekk kif tgħaqqad l-enerġija tal-atleti żgħażagħ ma’ l-importanza ta’ ikel nutrittiv u sors lokali, l-Aġenzija tal-Ikel ta’ Malta terġa’ tikkonferma l-impenn tagħha li tħajjar futur aktar b’saħħtu għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin.

Fil-kummenti tiegħu, Justin John Camilleri, iċ-Chief Business Development Officer tal-Malta Food Agency qal:

"Il-kollaborazzjoni tal-Malta Food Agency mat-tim tal-Futsal tal-Università ta’ Malta tirrifletti limpenn tagħna li nilħqu liż-żgħażagħ fejn ikunu attivi, ambizzjużi u lesti biex jagħmlu għażliet pożittivi. Billi nissieħbu ma’ organizzazzjoni sportiva li taħdem qalb il-ġenerazzjoni żagħżugħa, irridu nsaħħu l-messaġġ li n-nutrizzjoni tajba u l-prodotti lokali għandhom rwol essenzjali fis-saħħa fit-tul kif ukoll fil-kwalita tal-ħajja ta' kuljum. Dan il-ftehim jagħtina l-opportunità li nkomplu noqorbu aktar lejn il-komunità u nkomplu nibnu kultura li tgħożż is-saħħa, is-sostenibbiltà u l-valuri komunitarji."

Għal aktar informazzjoni dwar l-inizjattivi tal-Malta Food Agency, żur il-website uffiċjali tal-Aġenzija jew il-kanali tagħha fuq il-midja soċjali.

More in Socjali