Fis-27 ta’ Settembru, fil-Belt, se ssir protesta b’diversi organizzazzjonijiet jingħaqdu għall-Abortion Rights March Rally quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fil-10 ta' filgħodu.
Il-koalizzjoni li qed tappoġġja l-mixja qalet li, “L-abort m’huwiex delitt. Huwa kwistjoni ta’ kura tas-saħħa u ta’ awtonomija tal-ġisem.” Żiedu li l-gvern qed jonqos mill-obbligu tiegħu li jipproteġi lin-nisa u persuni ġeneru diversi billi ma dekriminalizzax l-abort.
Din l-azzjoni tiġi wara li mara ġiet mħarrka tit xhur ilu għax kellha abort, wara rapport minn professjonisti tas-saħħa fl-Isptar Mater Dei. Il-ġurnata li sar dan, kampanji ġew quddiem l-isptar b’bandiera li qalet, “Ġejt għall-għajnuna u spiċċajt il-Qorti,” slogan li skont l-organizzaturi jirrifletti l-biża’ u l-istigma li ħafna jħossu meta jfittxu kura mediċi.
Attivisti qalu li dan il-każ juri kemm il-liġijiet attwali f’Malta jistgħu jkunu ta’ riskju għall-mara u persuni ġeneru diversi. Il-koalizzjoni rriferenzjat ukoll għall-periklu potenzjali li l-abort jista’ jkun fiċ-ċirkostanzi kurrenti, billi l-liġi Maltija ma tagħtix protezzjoni u tista’ tagħmel saħansitra aktar perikolużi xi trattamenti.
L-għaqda ħeġġet lin-nies li jfittxu kura biex ma jħossux obbligu li jagħtu informazzjoni li tista’ twassal għal proċess kriminali u fakkret li l-liġi Maltija ma tirrikjedix li professjonisti tas-saħħa jirrapurtaw każi susspetti ta’ abort.
“Is-sitwazzjoni kurrenti hija servizz żvantaġġjat għal nisa u persuni ġeneru diversi f’Malta,” qalui, u żiedu li eluf ta’ persuni diġà għamlu abort f’dawn l-aħħar snin u ħafna aktar qabel.
Il-mixja se ssir bl-appoġġ ta’ organizzazzjonijiet bħal Academics for Choice, aditus foundation, Doctors for Choice, Grandparents for Choice, Lawyers for Choice, Malta Humanists Association, Men Against Violence, Malta LGBTIQ+ Rights Movement (MGRM), Moviment Graffitti, Parents for Choice, Students for Choice, Women’s Rights Foundation u Young Progressive Beings.