ARA: Minn fuq il-bank parlamentari għar-rotta tal-iskart - Eve Borg Bonello tinżel fost il-ħaddiema

L--MP Nazzjonalista Eve Borg Bonello niżlet fit-toroq F'Tas-Sliema flimkien mal-ħaddiema tal-ġbir tal-iskart biex tara b’għajnejha l-problemi ta’ kuljum fis-settur

Il-Membru Parlamentari Nazzjonalista Eve Borg Bonello ingħatat daqqa t’id ma’ ħaddiema tal-ġbir tal-iskart fuq rotta f’Tas-Sliema, sabiex tifhem aħjar il-problemi li qed jaffaċċjaw il-komunitajiet u l-kuntratturi fil-qasam tat-tindif.

F'filmat li qasmet fuq il-midja soċjali, l-MP ta’ 22 sena spjegat li bħala shadow minister għat-tindif pubbliku, qed taħdem fuq sett ta’ proposti biex is-settur jitranġa. “Il-politika trid tkun hands-on. Illum, biex nifhem aħjar u narah b’għajnejja stess, għamilt rotta mal-ġbir tal-iskart,” qalet Borg Bonello.

Il-problema tal-iskart ilha tiżdied f’diversi lokalitajiet madwar Malta, bil-residenti, attivisti u sindki jisħqu fuq ammonti dejjem akbar ta’ skart fit-toroq, partikolarment f’żoni turistiċi.

Ix-xogħol ta’ kuljum mal-ħaddiema żvela diversi sfidi. Parckeġġ illegali li spiss jimblokka l-aċċess tal-vetturi tal-ġbir, filwaqt li ħafna drabi l-iskart ma jitqiegħedx skont il-jum jew il-kuluri tal-boroż. Ħaddiema wkoll irrimarkaw li klijenti ta’ Airbnb u qrati ta’ kiri għal żmien qasir ma jqisux ir-regoli tal-iskart, filwaqt li ż-żieda fil-popolazzjoni kompliet żiedet l-pressjoni.

Fost il-kwistjonijiet imqajma kien hemm ukoll nuqqas ta’ infurzar fuq l-issortjar tal-iskart, b’boroż suwed u ta’ riċiklaġġ jitħallew barra fl-istess jum jew anke miftuħin.

“Għadna kemm spiċċajna r-rotta u rajna l-problemi kif inhuma fuq il-post. Dak kollu li rajt illum se jkun rifless fil-proposti li qed nipprepara biex intejbu s-sistema,” qalet Borg Bonello.

Hija enfasizzat li l-proposti futuri se jirriflettu kemm il-ħtiġijiet tal-ħaddiema u tal-kuntratturi kif ukoll dawk tal-komunitajiet.

More in Socjali