Ulied Mildred Azzopardi jappellaw lill-ġenituri tal-allegat qattiel biex jattendu l-funeral tagħha

Ulied Mildred Azzopardi appellaw lill-ġenituri ta’ Benjamin Chetcuti biex jattendu l-funeral ta’ ommhom, li nqatlet f’inċident tat-traffiku f’Ħal Tarxien

Ulied Mildred Azzopardi, il-mara li tilfet ħajjitha f’inċident tat-traffiku il-Belt, il-Ħadd li għadda, appellaw pubblikament lill-ġenituri taż-żagħżugħ akkużat li kkawża l-mewt tagħha, biex jattendu l-funeral tagħha nhar is-Sibt.

“Jekk verament temmnu fir-rispett u d-dinjità kif predikajtkom, nistedinkom tiġu tagħtu ġieħ lil ommna mejta minħabba l-qtil ikkawżat minn ibnek li rabbajtu,” qalu l-erbat it-tfal tagħha fi stqarrija fuq Facebook.a.

Iż-żagħżugħ ta’ 23 sena, kien mixli b’omiċidju involontarju, li weġġa’ persuna b’mod involontarju, sewqan taħt l-influwenza tal-alkoħol, sewqan bi traskuraġni, eċċess ta’ veloċità, nuqqas ta’ polza tal-assigurazzjoni, u ksur ta’ obbligi li kellu josserva. Huwa ngħata l-ħelsien mill-arrest nhar it-Tlieta.

“Ommi kienet tmur il-knisja u tgħix l-kelma t' Alla; l-inqas li tistgħu tagħmlu, peress li lanqas skuża ma rċevejna, hu li tiġu tagħtu ġieħ: talba, minuta… xi ħaġa. Uru ftit rimors, jekk tassew rabbejtuh tajjeb,” temmew jgħidu ulied Mildred.

Il-funeral ta’ Mildred Azzopardi se jsir nhar is-Sibt 2 ta’ Awwissu fil-Knisja ta’ Floriana. 

More in Socjali