L-Emeritu Arċisqof Pawlu Cremona miet tard it-Tlieta li għadda. Huwa serva bħala Arċisqof għal seba’ snin u kien fil-quċċata tal-Knisja f’perjodu meta din tilfet ħafna mill-influwenza tagħha.
Cremona kien ġie rrapportat li kien qed isofri minn deppressjoni. Fix- xhur qabel ir-riżenja tiegħu, l-għalliem universitarju u l-akademiku tal-midja Fr Joe Borg, maqdar in-nuqqas ta' tmexxija fil-knisja.
Tabone, li kien ħabib ta’ Cremona, qal b’mod ċar li r-riżenja tiegħu fl-2014 saret wara “pressjoni diretta u indiretta,” u li l-pressjoni ħallietu jħossu mdejjaq u tradut.
Hu rrefera għal episodju fejn sab lil Cremona jibki u bil-gazzetta f’idejh. “Ara x’għamluli,” qal Cremona lil Tabone. Fr Tabone tkellem ukoll dwar il-kummenti li saru dwar il-qagħda mentali ta’ Cremona. Minkejja dan, Tabone qal li Cremona qatt ma kellu mibiegħda lejn ħadd.
Huwa qal li l-artikli tal-gazzetti poġġew pressjoni fuq Cremona biex jirreżenja "mhux in-nies".
Il-Ġimgħa, Tabone reġa tkellem fuq TVM biex jiċċara li l-pressjoni kienet ġejja mill-artikli tal-gazzetti, "mhux in-nies," Hu enfasizza li l-arċisqof Charles Scicluna personalment ra li Cremona kellu dak kollu li kellu bżonn
Tabone rringrazzja wkoll lil Scicluna talli se jkun qed imexxi iċ-ċerimonji tal-funeral.