Dun Victor Grech jinġarr fuq spallejn dawk li għen matul ħajtu

Is-servizz tal-funeral tiegħu fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta kienet okkażjoni ta' niket, b'ħafna jibku l-vojt li se jħalli fil-kummunità li tant kien iħobb

(Ritratt: Arċidjoċesi ta’ Malta/Ian Noel Pace)
(Ritratt: Arċidjoċesi ta’ Malta/Ian Noel Pace)

Dun Victor Grech ingħata l-aħħar tislima s-Sibt filgħodu b’ċerimonja li tat ġieħ għall-impatt profond tiegħu fuq il-ħajja ta’ ħafna. Il-qassis, li ddedika ħajtu biex jgħin lil dawk li jisfaw vittmi tad-droga, miet fil-5 ta’ Frar fl-età ta’ 95 sena. 

Is-servizz tal-funeral tiegħu fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta kienet okkażjoni ta' niket, b'ħafna jibku l-vojt li se jħalli fil-kummunità li tant kien iħobb.

(Ritratt: Ilenia Debono/ILLUM)
(Ritratt: Ilenia Debono/ILLUM)
(Ritratt: Arċidjoċesi ta’ Malta/Ian Noel Pace)
(Ritratt: Arċidjoċesi ta’ Malta/Ian Noel Pace)

Il-funeral beda' miċ-ċentru ta’ riabilitazzjoni ta’ San Blas Ħaż-Żebbuġ, għall-Ibraġġ, fejn qatta l-maġġoranza ta’ ħajtu, qabel ma wasal il-Belt Valletta. L-aħħar vjaġġ ta’ Monsinjur Grech kien mimli nies fix-xita li xtaqu jgħatu l-aħħar tislima tagħhom lil raġel lil qatta ħajtu jgħin lil ħaddieħor.

(Ritratt: Ilenia Debono/ILLUM)
(Ritratt: Ilenia Debono/ILLUM)

Qalb ir-reffiegħa, kien hemm in-nies li Grech għen biex ibiddlu ħajjithom, nies li kienu vittmi tad-droga u fil-faraġ u t-tama ta' Dun Victor Grech sabu spalla sakemm jibnu ħajja ġdida.

Leħen it-tenur Joseph Calleja instema' jidwi fil-Katidral, u bl-interpretazzjoni tiegħu ta' Ave Maria Dun Grech, daħal fil-Katidral qalb iċ-ċapċip.

(Ritratt: Arċidjoċesi ta’ Malta/Ian Noel Pace)
(Ritratt: Arċidjoċesi ta’ Malta/Ian Noel Pace)
(Ritratt: Arċidjoċesi ta’ Malta/Ian Noel Pace)
(Ritratt: Arċidjoċesi ta’ Malta/Ian Noel Pace)

Fl-omelija tiegħu, l-Arċisqof Charles Scicluna sejjaħ lil Dun Victor bħala ‘profeta’, hekk kif hu ġab bidliet kbar fil-ħajja ta' ħafna. “Aħna nħobbuk u nirringrazzjawk, Dun Victor,” qal l-Arċisqof hekk kif il-knisja qamet b’applaws kbir.

(Ritratt: Ilenia Debono/ILLUM)
(Ritratt: Ilenia Debono/ILLUM)

Il-katidral kien mimli b’nies minn faxxi differenti tal-ħajja. Fost id-dinjitarji preżenti kien hemm il-President Myriam Spiteri Debono u r-raġel tagħha, il-Prim Ministru Robert Abela u l-mara tiegħu Lydia, il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech ma’ martu AnneMarie, l-Ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia, u l-President tal-Parlament Ewropej Roberta Metsola. Ministri, segretarji parlamentari, u membri tal-parlamenti miż-żewġ naħat tal-kamra kienu preżenti wkoll. 

(Ritratt: Ilenia Debono/ILLUM)
(Ritratt: Ilenia Debono/ILLUM)

Il-wirt ta’ Dun Victor Grech mhu xejn ħlief Caritas Malta, li hu għen sabiex tiġi mwaqqfa fl-1977. Hu serva ta’ direttur għal għexiren ta’ snin, fejn kien instrumentali sabiex iqajjem kuxjenza fuq ir-riabilitazzjoni għal nies li jbatu bil-vizzju tad-droga, s-saħħa mentali u servizzi oħra. Leħnu sar familjari għal dawk li kienu jsegwu l-programm tar-radju tiegħu għal 50 sena sħaħ.

(Ritratt: Ilenia Debono/ILLUM)
(Ritratt: Ilenia Debono/ILLUM)
(Ritratt: Ilenia Debono/ILLUM)
(Ritratt: Ilenia Debono/ILLUM)

Id-dedikazzjoni tiegħu lejn ix-xogħol fil-qasam soċjali ġie rikonoxxut b’mod nazzjonali u Ewropej. Huwa ġie mgħażul bħala Membru Tal-Ordni Nazzjonali Tal-Mertu fl-1993, rċieva l-European Citizens’ Price fl-2013, u fl-2021 rebaħ Ġieħ iż-Żejtun kif ukoll l-Active Aging Award.

More in Socjali