Neil Agius jikser rekord dinji b'140 kilometru ta' għawm bla waqfien madwar il-gżejjer Maltin

Il-lejl kalm ta' Għar Lapsi it-Tnejn xehed il-mument emozzjonanti meta, Neil Agius, l-atleta u attivista Malti, temm b’suċċess l-isfida straordinarja tiegħu ta' 140 kilometru ta’ għawm madwar il-gżejjer Maltin

Il-lejl kalm ta' Għar Lapsi it-Tnejn xehed il-mument emozzjonanti meta, Neil Agius, l-atleta u attivista Malti, temm b’suċċess l-isfida straordinarja tiegħu ta' 140 kilometru ta’ għawm madwar il-gżejjer Maltin. 

Il-vjaġġ ta' Neil beda s-Sibt filgħaxija mill-bajja pittoreska tal-Għadira, u wara 62 siegħa ta' sforz kontinwu u bla waqfien, tela’ mill-ilma f’Għar Lapsi. Kien hemm bosta persuni, jistennew bil-ħerqa, jgħajtu b’entużjażmu, u jħossu d-determinazzjoni ta’ Neil f’kull pass hekk kif spiċċa din l-isfida.

L-għawma ta' Neil mhux biss rekord dinji, kif mistennija tkun rikonoxxuta mill-World Open Water Swimming Association, iżda wkoll mod kif inkabbru kuxjenza dwar il-bżonn li nieħdu ħsieb il-baħar tagħna. Din l-inizjattiva kienet appoġġjata mill-NGO Wave of Change u l-grupp speċjalizzat fil-ġbir tal-iskart marittimu, Żibel.

It-tim mediku malajr daħal biex jassisti lil Neil hekk kif tela’ mill-ilma, fif ftit minuti neil stess ikkonferma li, għalkemm eżawrit, l-ispirtu tiegħu baqa’ qawwi. L-atleta anke ltaqa’ mal-Prim Ministru Robert Abela u bosta uffiċjali oħra, kollha kburin b’din il-kisba tal-għaġeb għal pajjiżna.

More in Socjali