Tuża' tal-linja? Mil-lum tista' tara bil-mappa fejn waslet il-karozza qabel tasal ħdejk

Persuni li jagħmlu użu mit-transport pubbliku issa mhux biss jaraw kemm baqala ħin biex tasal, imma jistgħu jibdew jieħdu nota ta’ fejn waslet tal-linja minn fuq l-app, simili bħal meta jordnaw taxi

(Ritratt: Chris Bonett / Facebook)
(Ritratt: Chris Bonett / Facebook)

Persuni li jagħmlu użu mit-transport pubbliku mil-lum it-Tnejn jistgħu jibdew jieħdu nota ta’ fejn waslet tal-linja minn fuq l-app stess.

F’intervista ma’ MaltaToday il-Ministru għat-Transport Chris Bonett qal li permezz tal-pjattaforma diġitali, issa se tkun possibbli li inti, li tuża’ tal-linja, tkun taf fejn waslet il-karozza qabel ma’ tasal fil-venda tiegħek.

Huwa spjega li s-sistema se tkun simili ta’ dik li jużaw diġà kumapaniji privati, bħal dawk tat-taxi jew tal-ikel.

Il-Malta Public Transport hija ukoll kumpanija privata, li topera s-servizzi tal-linja. Is-servizzi huma ssusidjati mill-gvern, biżżejjed biex persuni abbonati jagħmlu użu minnhom b’xejn.

Il-Ministru tkellem dwar kif mill-bidu ta’ din l-inizjattiva, is-servizz ra influs ta’ passiġġieri, tant li s-sena l-oħra tal-linja provdew 17 -il miljun vjaġġ.

Żied jgħid illi reviżjoni tar-rotot hija mistennija iseħħ ukoll, iżda mhux qabel ma ssir konsultazzjoni estensiva bl-għan li s-servizz jaqdi aħjar il-bżonnijiet tal-lum.

More in Socjali