F'Texas imutu mat-tmenin persuna f'għargħar

Il-President Amerikan Donald Trump jippjana żjara fuq il-post

Is-sitwazzjoni kurrenti f'Texas (Ritratt: X.com)
Is-sitwazzjoni kurrenti f'Texas (Ritratt: X.com)

Ġie kkonfermat nhar il-Ħadd li tal-inqas 78 ruħ, inkluż 28 minoreni, mietu wara l-għargħar li laqgħat l-istat Amerikan ta' Texas. Tfiċċijiet għadhom għaddejjin għal nies irrapurtat nieqsa.

Il-Gvernatur ta' Texas Greg Abbott tkellem f'konferenza stampa nhar il-Ħadd wara nofsinhar fejn ikkonferma li 78 mietu, u hemm 41 ikkonfermati nieqsa.

Il-President Amerikan Donald Trump bgħat il-kondoljanzi tiegħu lil vittmi u qal li l-amministrazzjoni tiegħu qed titkellem ma' Abbott rigward żjara fuq il-post.

Fost l-agħar postijiet milquta mill-għargħar hemm Camp Mystic, kamp tas-sajf għal-tfajliet Kristjani, fejn 11 ġew irrapurtati nieqsa.

L-għargħar beda ħdejn ix-xmara Guadalupe wara xita qawwija ikkawża xi ħsarat fuq l-infrastruttura tax-xmara nhar il-Ġimgħa, 4 ta' Lulju fejn l-Amerikani iċċellebraw Jum l-Indipendenza.

Uffiċjali tkellmu s-Sibt fejn qalu li iżjed minn 850 persuna ġew salvati, wara maltemp qawwi b'38 ċentimetru ta' xita fir-reġjun, b'xi nies instabu jistkennu ġos-siġar.

More in Socjali