Cuschieri jgħid li negozjanti qed jostakolaw lil Muscat milli joħroġ għall-elezzjoni tal-PE

Emanuel Cuschieri, preżentatur Laburist, saħaq li se jikxef lin-negozjanti li skontu qed jostakolaw lil Joseph Muscat milli jikkontesta għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew

Emanuel Cuschieri, preżentatur Laburist, saħaq li se jikxef lin-negozjanti li skontu qed jostakolaw lil Joseph Muscat milli jikkontesta għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew. 

Cuschieri sostna li dawn il-persuni qed jaħdmu minn wara l-kwinti biex Muscat ma’ jikkontestax.  Minn xandira diretta fuq Facebook, Cuschieri qal li rridu naraw lill-PL jieħu l-ikbar vitorja f’Ġunju u biex dan jiġri hemm bżonn li l-MEPs jkunu minn tal-aqwa. 

Cuschieri kompla jgħid “Naf min huma, naf isimhom, naf kunjomhom, u naf x’qed jagħmlu”. 

Huwa nsista li jekk jara li dawn se jibqgħu jindaħlu, se jikxef l-ismijiet, filwaqt li qal “kunu preparati minn issa.”

Cuschieri staqsa wkoll fuq l-integrazzjoni mill-ġdid fil-grupp parlamentari Laburista ta’ Rosianne Cutajar, “persuna li ilha għaddejja minn martiru kbir”.

Huwa qal li kien hemm laqgħa, però ġiet pospostha, huwa qal “il-mistoqsija tibqa’ waħda... jekk ġietx pospostha għaliex hija marbut mas-suċċess tas-Sibt fil-Pjazza Tritoni?”

Iżda, sors qal lil MaltaToday li l-laqgħa kienet ilha li ġiet pospostha għal nhar it-Tnejn u seħħet mal-eżekuttiv biss. Is-sors qal li “L-eżekuttiv iltaqa’ u Rosianne Cutajar ma kinitx fuq l-aġenda. Ma nafx għaliex Cuschieri nsinwa li l-eżekuttiv u l-grupp parlamentari kellhom jiltaqgħu, sakemm ma jafx xi ħaġa li ma nafx jien.”

More in Socjali