Malta Women's Lobby jgħid li l-qrati għandhom jadottaw proċess iċċentrat fuq il-vittmi

Is-Sibt, żewġt ibniet ta' 12 u 15-il sena sfaw attakkati minn raġel li kien diġà tressaq quddiem il-qorti talli hedded lis-sieħba tiegħu u lil bintha

Malta Women’s Lobby (MWL) qed jitlob lill-maġistrati jimxu ma' approċċ iċċentrat fuq il-vittmi wara l-attakk li seħħ fuq it-tfajliet ta’ 12 u 15-il sena minn raġel li kien diġà tela’ l-qorti fuq każ ta’ vjolenza domestika. 

Fi stqarrija l-Ħadd, MWL sostna li jinsab pjuttost imdejjaq bl-aħbar “dan l-inċident ta’ vjolenza huwa tfakkira tat-theddid li jkollhom jaffaċċjaw nisa u tfal bniet fis-soċjetà tagħna, u l-anqas huma sikuri f’darhom stess.”

L-inċident seħħ is-Sibt wara nofsinhar il-Marsa. Skont il-pulizija, ir-raġel irnexielu jidħol fir-residenza u attakka liż-żewġt ibniet b’arma li taqta' u tal-ponta. Ir-raġel ġie identifikat li għandu 43 sena mill-Bormla. 

Fl-istqarrija, MWL jgħid li dan l-aggressur kien tressaq quddiem il-qorti talli hedded lis-seħba u lil bintha, iżda l-vittma baqgħet lura milli tixhed kontrih u huwa kien inħeles mill-arrest. 

“Dan l-inċident traġiku jsejjaħ għall-qafas legali robust u sistema ta’ appoġġ li jipproteġi vittmi ta’ vjolenza domestika u l-agressuri jinżammu responsabbli għall-azzjonijiet tagħhom, anke meta l-vittmi jirrifjutaw milli jixdhu.”

“Vittmi li jirrifjutaw milli jixhdu, normalment m’għandhomx għażla oħra għaliex ikunu mbeżżgħa... Maġistrati għandhom jadottaw proċess iċċentrat fuq il-vittmi u m’għandhomx jiddependu mix-xhieda tal-vittma biss biex jitkompla l-każ.”

L-organizzazzjonijiet li huma membri ta’ dan il-lobby favur id-dritt tal-mara huma: 

  • Association for Equality Malta
  • Assocjazzjoni Nazzjonali tas-Segretarji Ezekuttivi tal-Kunsilli Lokali u Regjuni (ANSEK)
  • FIDEM
  • General Workers Union (GWU)
  • Group of Independent Members
  • Malta Association of Women in Business (MAWB)
  • Malta Employers Association (MEA)
  • Malta Union of Midwives and Nurses (MUMN)
  • Mediating Women – Balancing the Media
  • Union Haddiema Maghqudin (UHM)
  • Women for Women (Malta)
  • Women`s Study Group
  • Womens Rights Foundatio

More in Socjali