Il-Gvern bl-ewwel sejħa għall-avukati u periti biex jgħinu vittmi ta’ kostruzzjoni

Waħda mir-rakkomandazzjoni tal-Inkjesta Sofia tal-Gvern hija sejħa għall-avukati u periti biex jassistu lil terzi affettwati mill-kostruzzjoni

L-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) qiegħda tilqa’ l-applikazzjonijiet mingħand Avukati u Periti bil-warrant biex joffru assistenza lil terzi (skont kapitlu 23 tal-Liġijiet ta’ Malta) affettwati minn xi żvilupp li jkun qiegħed iseħħ ħdejhom.

Dan is-servizz huwa riżultat tat-twettiq ta’ inizjattiva li ħabbar immedjatament il-Gvern wara l-pubblikazzjoni tal-inkjesta pubblika Jean Paul Sofia. Żagħżugħ li tilef ħajtu ħesrem hekk kif iġarraf bini ta’ kostruzzjoni f’Diċembru 2022. 

Minn fost l-applikazzjonijiet sottomessi l-awtorità se tkun qiegħda tevalwa u tagħżel  Periti u Avukati li huma affidabbli, kapaċi jaħdmu f’tim, motivati u b’viżjoni ’l quddiem sabiex ikunu qegħdin jiffurmaw panel li joffri dan is-servizz. 

L-għan aħħari huwa li vittmi tal-kostruzzjoni jkollhom rappreżentazzjoni mingħajr ħlas huma u jiddefendu d-drittijiet tagħhom matul il-proċess marbut mal-kostruzzjoni.

Is-sejħa li se tibqa’ miftuħa sad-29 ta’ Marzu 2024, tista’ tkun aċċessata fuq:www.bca.org.mt

More in Socjali