PN japprova l-iżgħar kandidata tagħhom għall-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali

Din il-ġimgħa l-Partit Laburista wkoll approva l-iżgħar kandidat tiegħu. Isak Catania De Giovanni, li hu iben id-Deputat tal-PL Katya De Giovanni se jkun qed jikkontesta l-elezzjoni tal-kunsilli lokali li jmiss fil-Fgura

Nina Briffa mill-Qrendi li għandha 17-il sena qalet li hija “verament grata u kburija”
Nina Briffa mill-Qrendi li għandha 17-il sena qalet li hija “verament grata u kburija”

Il-Partit Nazzjonalista approva l-iżgħar kandidata tagħhom għall-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali li ġejjin.

Nina Briffa mill-Qrendi li għandha 17-il sena, stqarret fuq Facebook li se tkun qed tikkontesta l-elezzjoni lokali li jmiss wara li ġiet approvata mill-eżekuttiv tal-PN, u qalet li hija “verament grata u kburija”.

Briffa għadha kif ġiet eletta wkoll fil-kunsill tal-istudenti De La Salle nhar il-Ġimgħa.

Briffa qalet lill-gazzetta oħt MaltaToday, li għandha l-għan li tindirizza t-tħassib tar-residenti, speċjalment dak relatat mal-ambjent naturali, il-kultura tal-lokalità tagħha kif ukoll li tħeġġeġ l-attiviżmu taż-żgħażagħ. "L-attiviżmu taż-żgħażagħ mhux biss importanti biex titnaqqas l-età medja iżda wkoll minħabba l-fatt li ż-żgħażagħ jaffaċċjaw l-isfidi u d-diffikultajiet tagħhom stess fir-rigward tal-edukazzjoni, is-saħħa mentali u l-ħiliet prattiċi tal-ħajja," qalet.

Din il-ġimgħa l-Partit Laburista approva l-iżgħar kandidat tiegħu. Isak Catania De Giovanni, li hu iben id-Deputat tal-PL Katya De Giovanni se jkun qed jikkontesta l-elezzjoni tal-kunsilli lokali li jmiss fil-Fgura.

F’Diċembru li għadda, il-Parlament approva b’mod unanimu leġiżlazzjoni li tippermetti liż-żgħażagħ taħt it-18-il sena jservu bħala sindki u viċi sindki.

L-Abbozz ta’ Liġi għamel lil Malta l-ewwel pajjiż tal-UE fejn individwi ta’ 16-il sena jistgħu kemm jivvutaw kif ukoll jikkontestaw l-Elezzjonijiet Lokali. Jekk dik il-persuna tirċievi l-ogħla numru ta’ voti mill-partit bil-maġġoranza, titħalla wkoll tiġi eletta Sindku.

Il-liġi tippermetti wkoll li sindki ta’ 16-il sena jiffirmaw kuntratti meta jaġixxu fil-kapaċità tagħhom ta’ uffiċjali pubbliċi.

More in Socjali