Imut l-attur ta' Ipokriti Victor Grech, fl-età ta' 96 sena

Grech kien ħadem f'numru ta' produzzjonijiet inkluż f'films li nħadmu Malta bħal The Malta Story

L-attur popolari, Victor Grech miet fl-età ta' 96 sena. Fost id-diversi produzzjonijiet lokali li kien fihom, inkluż Madonna Zingara u Dejjem Tiegħek huwa għamilha ta' Sander f'Ipokriti, serje li kellha popolarità kbira mal-Maltin. 

Il-karriera ta' Grech kienet tmur lil hinn minn produzzjonijiet Maltin biss, fil-fatt huwa ħa sehem f'The Malta Story, Pulp u Vendetta for the Saint li kollha nħadmu f'pajjiżna. 

Grech kien miżżewweġ lil preżentatriċi u attriċi Mary Grech, li hija wkoll kienet ħademt f'Ipokriti u kellhom żewġt 'itfal, Joseph u Chistianne. 

More in Socjali