Min se jgħaddi? 13-il kantant fl-ewwel Kwarti tal-Finali tal-Eurovision Song Malta llejla

Għal din l-edizzjoni tal-Eurovision Song Malta se jkantaw 40 artist b'kollox... kif se jitqassmu dawn il-ħames ġimgħat? 

Mil-lejla jibda’ l-vjaġġ mużikali ta’ ħames ġimgħat għall-finali tal-Eurovision Song Malta. Illum se jkunu qed ikantaw 13-il artist bħala parti mill-ewwel Kwarti tal-Finali, ippreżentat mill-koppja Ryan u Josmar, magħrufin għall-programm Sibtek.

Din is-sena 40 artist b’kollox se jkunu ipparteċipaw fit-tellieqa għar-rebbieħ li se jkun qed jirrappreżenta lil pajjiżna f’Liverpool, fir-Renju Unit. Din il-kompetizzjoni se titqassam f’ħames ġimgħat: tliet Kwarti tal-Finali, semi-finali u finali, li jixxandar nhar is-Sibt 11 ta’ Frar.

Kif se jkunu mqassma dawn il-ħames ġimgħat?

  • Illum, għall-ewwel Kwarti tal-Finali se jkantaw 13-il kantant.
  • Nhar il-Ġimgħa 20 ta’ Jannar, fit-tieni Kwarti tal-Finali se jkantaw 13 il-kantant.
  • Nhar il-Ġimgħa 27 ta’ Jannar, fit-tielet Kwarti tal-Finali se jkantaw 13-il kantant.
  • Nhar il-Ħamis 9 ta’ Frar, fis-semi finali se jkantaw 24 kantant – jiġifieri it-tmien kantanti magħżula minn kull Kwarti tal-Finali.
  • Nhar is-Sibt 11 ta’ Frar, fil-finali se jkantaw 16-il kantant.

Min se jkun qiegħed ikanta llejla?

Il-Eurovision Song Malta se terġa’ tara uċuħ sinonimi li huma sinonimi fix-xena ta’ Eurovision, fosthom Fabrizio Faniello, Klinsmann, Jessika u Maxine Pace. Apparti minn hekk f’din l-edizzjoni se jkun hemm missier u bint li se jikkompetu kontra xulxin, Giada u Ian J Vella, jew kif inhu magħruf aħjar fid-dinja tad-divertiment J Anvil. Iżda illejla min se jkanta?

  1. Hayley bil-kanzunetta: Tiktok.
  2. Stefan Xuereb bil-kanzunetta: What do you want.
  3. Clintess bil-kanzunetta: Lura qatt.
  4. Fabrizio Faniello bil-kanzunetta: Try to be better.
  5. Eliana Gomez Blanco bil-kanzunetta: Guess what.
  6. Christian Arding bil-kanzunetta: Eku ċar.
  7. Jason Scerri bil-kanzunetta: Anything can happen.
  8. Maria Debono bil-kanzunetta: X’allegrija.
  9. Geo Debono bil-kanzunetta: The Mirror.
  10. Mikhail bil-kanzunetta: Leħen iċ-ċpar.
  11. Aidan bil-kanzunetta: Reġina.
  12. Nathan bil-kanzunetta: Creeping Walls.
  13. Klinsmann bil-kanzunetta: Piranha.

Ara 30 sekonda mill-40 kanzunetta li qed jipparteċipaw f'dan il-konkors. 

More in Socjali