Jitlef ħajtu Liam Vidal; ir-raġel li nstab f'Marsamxett ħdejn karozza maħkuma bin-nar

Vidal kien qiegħed jissielet għal ħajtu fl-aħħar jiem fit-taqsima tal-Kura Intensiva 

Fis-sigħat bikrin ta' dalgħodu Liam Vidal, ir-raġel ta' 41 sena li nstab mindud mal-art tilef ħajtu. Dan ġara hekk kif nhar is-Sibt Vidal instab f'Marsamxett ħdejn il-karozza tiegħu stess, li kienet maħkuma min-nar. Dakinhar ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei u ġie iċċertifikat li qed isofri ġrieħi serji, tant li kien qiegħed jissielet għal ħajtu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva. 

Intant l-aħbar ħasdet lil bosta Beltin, ħbieb u qraba. Fil-fatt kienu diversi nies li fakkru l-memorja tiegħu fuq Facebook. Ħafna ddeskrivewh bħala raġel ferrieħi u ċajtier. 

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin filwaqt li l-Maġistrat tal-Għassa ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.

 

More in Socjali