Raġel fil-periklu tal-mewt wara nirien li ħakmu l-karozza tiegħu

Il-każ seħħ dalgħodu f'Marsamxett

Raġel jinsab fil-periklu tal-mewt wara nirien li ħakmu l-karozza tiegħu kmieni dalgħodu fl-inħawi ta’ Marsamxett.

Mill-ewwel informazzjoni jirriżulta li n-nar beda mill-karozza. Ir-raġel, li għandu 41 sena u residenti Ta' Xbieb, instab mindud mal-art viċin l-istess karozza.

Ambulanza ħadet lir-raġel Mater Dei fej ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

Fuq il-post tal-inċident issejħu wkoll membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jikkontrollaw in-nirien u membri mill-Explosive Ordinance Disposal tal-Forzi Armati ta’ Malta biex jiżguraw li ma hemm ebda periklu.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin filwaqt li l-Maġistrat tal-Għassa ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.

More in Kronaka