Joħroġ it-trailer ta' Jurassic World Dominion - Il-Birgu u l-Belt Valletta fil-qofol ta' ftit mix-xeni

Huwa kkalkulat li din il-produzzjoni blockbuster iġġenerat madwar €20 miljun fl-ekonomija Maltija

Jurassic World Dominion
Jurassic World Dominion

Illum ħareġ it-trailer tal-film Jurassic World Dominion, blockbuster, li partijiet minnu inħadmu f'pajjiżna. Fil-fatt huwa l-akbar produzzjoni li ġiet Malta fl-aħħar snin bil-ġbid ta' dan il-film kien għaddej f'diversi żoni f'Malta, fosthom fil-Belt Valletta u l-Birgu - kif jixhed l-istess trailer. Il-partijiet ta' dan il-film li kienu qed jinħadmu f'Malta nġibdu f'Awwissu 2020. Huwa mifhum li din il-produzzjoni ħalliet madwar €20 miljun fl-ekonomija Maltija b'mijiet ta' nies jaħdmu bħala extras.

F'kummenti qosra lil dan is-sit il-Kummissarju tal-Films Johann Grech sostna li dan huwa mument ta' kburija u li "din hija l-ewwel darba fl-istorja li pajjiżna jinsab fl-iscipt ta' blockbuster." 

Jurassic World Dominion għandu lil Colin Trevorrow bħala Direttur u huwa bbażat fuq l-istorja tiegħu stess u ta' Derek Connolly. Huwa s-sequel ta' Jurassic World: Fallen Kingdom tal-2018 u s-sitt film mis-sensiela sħiħa ta' films ta' Jurassic Park, filwaqt li huwa it-tielet film ta' Jurassic World. 

Diversi atturi li diġà deheru f'wieħed mis-sitt films se jerġgħu jidhru f'Jurassic World Dominion fosthom Sam Neil, Jeff Goldblum u Laura Dern, li fil-fatt kollha deheru fl-ewewel film taħt id-direzzjoni ta' Steven Spieldberg, li flimkien ma' Treverrow huwa Executive Producer. 

 

More in Socjali