133 każ ġdid u 75 ifiqu mill-Covid-19... jersqu lejn il-130,000 id-dożi ta' booster

15 biss l-Isptar li minnhom tnejn fl-ITU...

Fl-aħħar 24 siegħa rriżultaw 133 każ ġdid ta' Covid-19 filwaqt li fiequ 75 persuna biex it-total ta' każi attivi issa huwa ta' 1,348. 

Intant id-dożi tal-booster qed ikompli jiżdiedu hekk kif sa issa ingħataw 127,000 doża, filwaqt li b'kollox ingħataw 965,802 dożi tal-vaċċin. 

Intant minkejja li żdiedu n-numri ta' każi ta' Covid-19 il-pazjenti fl-Isptar baqgħu baxxi, b'total ta' 15 li minnhom tnejn biss kienu jinsabu fl-ITU. 

More in Socjali