Filmat | 'Esperjenza tal-ġenn ... il-kuntatt uman sabiħ wisq' - L-istudenti tal-Università jirritornaw fuq il-Kampus

Il-Fakultà għall-Benessri tas-Soċjetà ppubblikat filmat li fih diversi studenti, f'korsijiet varji, irrakkontaw l-esperjenza tagħhom hekk kif irritornaw lura fil-klassi

Il-lezzjonijiet onlajn huma konvenjenti. Bis-saħħa tat-teknoloġija, anke fl-eqqel tal-pandemija, il-lezzjonijiet komplew u anke ħafna postijiet tax-xogħol baqgħu joperaw anke jekk b'mod remot. Iżda xejn ma jieħu post il-kuntatt uman.

Hekk qalu diversi studenti fi ħdan il-Fakultà għall-Benessri tas-Soċjetà li wara aktar minn sena 'l bogħod mill-Kampus, irritornaw fil-klassijiet. Uħud minnhom saħansitra ltaqgħu għall-ewwel darba, wiċċ imb'wiċċ, ma' sħabhom tal-kors.

Fil-bidu ta' sena akkademika, il-Fakultà ppubblikat filmat li fih diversi studenti, f'korsijiet varji, irrakkontaw l-esperjenza tagħhom hekk kif irritornaw lura fil-klassi.

Kollha kemm huma saħqu li l-esperjenza hija waħda sabiħa u pożittiva, anke għax fi kliemhom, xejn ma jieħu post il-kuntatt uman.

Dan huwa dak li qalu l-istudenti:

 

More in Socjali