€80,000 biex jiġi rrestawrat u kkonservat iċ-ċimiterju ta' San Girgor fiż-Żejtun

€80,000 biex jibda jiġi rrestawrat u kkonservat iċ-ċimiterju ta' San Girgor fiż-Żejtun

Waqt l-iffirmar tal-ftehim
Waqt l-iffirmar tal-ftehim

Waqt konferenza fejn ġie ffirmat ftehim bejn id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Knisja Parrokkjali taż-Żejtun, il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Ian Borg ħabbar li ċ-Ċimiterju ta’ San Girgor fiż-Żejtun se jiġi rrestawrat u kkonservat b’xogħlijiet implimentati mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi.

“Meta nsemmu infrastruttura ma nkunux qed infissru biss toroq, iżda spazji, bħal ma huma dawn, li huma parti mill-viżjoni ħolistika ta’ dan il-gvern għal infrastruttura denja u tal-ogħla kwalità. Iċ-ċimiterji tagħna jixirqilhom kull attenzjoni u rispett għaliex huma l-postijiet fejn wieħed iżur jew jagħti tislima lil xi qraba jew ħbieb li ħallewna," sostna l-Ministru Ian Borg.

Il-proġett huwa maħsub li ser jiswa madwar €80,000. Ix-xogħol se jikkonsisti fir-restawr u anke t-tibdil tal-ħajt eżistenti u l-pilastri kif ukoll restawr tar-railings tal-ħadid li jmissu ma’ Misraħ San Girgor. Sabiex ikun possibbli li jsiru dawn ix-xogħlijiet kien meħtieġ li jsiru studji tekniċi  tal-ħsarat li hemm tal-ħajt. Saret ukoll riċerka storika dwar dan il-ħajt sabiex kemm jista’ jkun matul l-interventi tkun irrispettata l-oriġinalità tal-pjanta.

Preżenti wkoll kien hemm is-Sindku taż-Żejtun Doris Abela li qalet li din hija inizjattiva pożittiva għall komunità.

More in Socjali