In-numru ta' każi jibqgħu baxxi: 15 il-każ ġdid, 41 ifiqu u l-attivi jinżlu għal 374

Mill-ġdid, l-ebda mewt kawża tal-Covid-19 fl-aħħar 24 siegħa

In-numri ta' każi ġodda ta' Covid-19 reġgħu kienu baxxi hekk kif fl-aħħar 24 siegħa ġew irreġistrati 15-il każ minn total ta' 1,690 swab test.  Dan filwaqt illi fiequ 41 persuna, biex it-total ta' każi attivi issa niżel għal 374. 

Fl-aħħar 24 siegħa - għal darba oħra - ma kienet irreġistrata ebda mewt kawża ta' persuni bil-Covid-19. 

Intant fl-aħħar 24 siegħa wkoll ingħataw b'kollox 4,618-il doża, li minnhom madwar 1,300 kienu persuni li ħadu t-tieni doża tal-vaċċin.  It-total ta' dożi mogħtija tela' għal 323,324 - filwaqt li sa issa 103,882 persuna ħadu t-tieni doża wkoll. 

More in Socjali