Ġibiltà lura għan-normal - jitneħħew il-maskri fuq barra u t-toroq jimtlew bin-nies

Il-pajjiż ċkejken ta' Ġibilità jneħħi l-użu tal-maskri fuq barra u jiftaħ in-negozji mill-ġdid wara li ta l-vaċċin lill-popolazzjoni adulta kważi kollha

It-toroq ta' Ġibiltà lura għan-normal
It-toroq ta' Ġibiltà lura għan-normal

Il-poplu tal-pajjiż ċkejken ta' Ġibilità ħa nifs kbir 'il ġewwa hekk kif illum reġa' fetaħ wara programm qawwi ta' vaċċinazzjoni tal-massa, bir-restrizzjonijiet jitneħħew u l-ħajja tmur lura għan-normal.  It-toroq kienu ddominati minn nies bla maskra jilqgħu lil xulxin u jifirħu flimkien - għalkemm l-ilbies tal-maskra jibqa' obbligatorju ġewwa u fuq it-trasport pubbliku.  

Curfew fuq il-popolazzjoni ta' madwar 34,000 persuna tneħħiet, li tat imbuttatura tajba lin-negozji wara xhur fuq xhur ta' restrizzjonijiet. 

Żoni popolari bħal Ocean Illage Marina u Irish Town, mill-ġdid huma mimljin b'nies jixorbu u jieklu b'Gino Jimenez, li huwa sid ta' ristorant, jgħid illi huwa ta sodisfazzjon kbir għalih li jara lil persuni aktar anjzani sa fl-aħħar joħorġu b'mod sigur mid-djar tagħhom.

Minn nhar it-Tnejn Ġibilità se tkun qed tneħħi r-restrizzjonijiet fuq in-numru ta' nies li jistgħu jkunu bilqiegħda f'barijet jew ristorant ukoll.

F'dan il-pajjiż, il-pandemija nfettat 4,300 resident filwaqt li tilfu ħajjithom 94 persuna. 

More in Socjali