Kważi 90,000 doża, 31,000 ħadu t-tieni doża ... 283 każ ġdid u 156 ifiequ

Imutu tliet persuni oħra li kienu pożittivi għall-Covid-19

Fl-aħħar 24 siegħa irriżultaw 283 każ ġdid ta' Covid-19 minn total ta' 3,799 swab test.  Dan filwaqt illi fiequ 156 persuna biex it-total ta' każi attivi huwa ta' 3,252. 

Intant fl-istess perjodu tilfu ħajjithom tliet persuni li kienu pożittivi għall-virus fl-etajiet ta' 47, 69 u 76 sena biex it-total ta' mwiet issa tela' għal 328.

Sa issa ingħataw 89,946 doża li minnhom 31,034 kienu ta' nies li ħadu t-tieni doża tal-vaċċin.

More in Socjali