Ħames persuni bil-Covid-19 jitilfu ħajjithom fl-aħħar 24 siegħa ... 101 każ ġdid u 123 ifiequ

Iktar persuni pożittivi għall-Covid-19 jitilfu ħajjithom biex lokalment it-total tal-vittmi issa tela' għal 215-il persuna

 

Minkejja l-aħbarijiet sbieħ dwar il-vaċċin fl-aħħar sigħat, fl-aħħar 24 siegħa komplew jitilfu ħajjithom aktar persuni li kienu pożittivi għall-Covid-19.  Fl-aħħar 24 siegħa tilfu ħajjithom ħames persuni oħrajn, biex in-numru ta' vittmi tal-pandemija - lokalment - issa tela' għal 215. 

Fl-ewwel każ anzjana ta’ 88 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fit-22 ta’ Diċembru, mietet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.  Fit-tieni każ anzjana ta’ 93 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fit-13 ta’ Diċembru, mietet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.  Fit-tielet każ, anzjan ta’ 86 sena li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid19 fit-13 ta’ Diċembru, miet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.

Fir-raba’ każ anzjan ta’ 95 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fis-16 ta’ Diċembru, miet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.  Fil-ħames każ anzjan ta’ 77 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fil-21 ta’ Diċembru, miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.

Fl-aħħar 24 siegħa, minn total ta' 2,399 test irriżultaw 101 każ ġdid filwaqt illi fl-istess perjodu ta' ħin fiequ 123 persuna. 

Dan ifisser illi bħalissa hemm 1,420 każ attiv ta' Covid-19 f'pajjiżna u 12,426 każ pożittiv minn meta faqqa' l-ewwel każ f'Marzu li għadda. 

More in Socjali