Il-Papa Franġisku jaħtar lill-Isqof Mario Grech bħala Kardinal

Il-Papa Franġisku ħabbar l-ismijiet tal-Kardinali l-ġodda waqt l-Anġelus ta' nhar ta' Ħadd

Il-Papa Franġisku ħabbar l-ismijiet ta' 13-il Kardinal ġdid, fosthom l-Isqof Mario Grech, li ftit tal-ġimgħat ilu sar is-Segretarju Ġenerali tas-Sinodu tal-Isqfijiet.

Il-Konċistorju, jiġifieri l-laqgħa tal-Kardinali mal-Papa, u li matulu jsiru l-Kardinali l-ġodda, se jsir nhar it-28 ta' Novembru, jiġifieri lejlet l-ewwel Ħadd tal-Avvent. 

Meta l-Papa jagħżel il-Kardinali ma jkunx qiegħed jagħżel biss il-persuna li għada pitgħada x’aktarx li se teħodlu postu imma anke l-konsulenti l-aktar viċini tiegħu.

Bażikament ma hemm xejn differenti bejn Kardinal u Isqof, ħlief li dawk tal-ewwel jivvutaw biex ikun elett Papa ġdid. Huma jintagħrfu għax il-karlotta, it-terħa, it-tberfila u l-buttuni tas-suttana, jew inkella l-muzzetta u l-berettin ikunu ħomor.

L-aħmar jissimbolizza d-dispożizzjoni tal-Kardinal li jekk hemm bżonn ikun lest iċarċar demmu għall-fidi.

Bħala Segretarju Ġenerali tas-Sinodu tal-Isqfijiet, bl-uffiċċju tiegħu fil-Vatikan, l-irwol tal-Isqof Mario Grech hu li jkun ta’ Kap ta’ dan id-Dikasteru importanti f’isem il-Papa, li huwa l-President. 

Is-Segretarju Ġenerali imexxi l-laqgħat fl-assenza tal-Papa, u jikteb l-atti tagħha; jinnomina l-uffiċjali tas-Segreterija, li jiddependu minnu u jikkomunika lill-Papa dak kollu li għandu x’jaqsam mal-attività tas-Segreterija. 

Hu għandu rwol importanti fil-fażi preparatorja tal-Assemblea tas-Sinodu, waqt is-Sinodu nnifsu u anke wara.

Is-Sinodu hija assemblea ta' Isqfijiet, minn madwar id-dinja kollha. Is-Sinodu jkun imsejjaħ mill-Papa u matulu jiġu diskussi temi varji għall-ħidma tal-Knisja. Anke t-tema tkun magħżula mill-Papa nnifsu.

Qabel mal-Papa għażlu għal din il-kariga importanti, l-Isqof Mario Grech mexxa d-Djoċesi ta' Għawdex għal 13-il sena.

Il-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku għadu kemm għamlilna unur kbir bil-ħatra tal-ewwel Kardinal Għawdxi fil-persuna...

Posted by Diocese of Gozo on Sunday, 25 October 2020

More in Socjali