Miżuri Covid | Kellek tipposponi t-tieġ? Il-Gvern se jgħinek jekk dħalt fi spejjeż żejda

Minħabba l-COVID-19 diversi kienu dawk il-koppji li kienu kostretti jipposponu d-data tat-tieġ tagħhom

Jekk kont se tiżżewweġ jew inkella se tiżżewweġ u kellek tipposponi t-tieġ għax-xhur jew saħanistra s-sena d-dieħla, il-Gvern se jkun qed jgħinek jekk spiċċajt dħalt fi spejjeż żejda.

Illejla, fil-pjan ta' riġenerazzjoni ekonomika, il-Gvern ħabbar li se jkun qed ikopri sa massimu ta' €2,000 għall-ispejjeż li dawn il-koppji daħlu fihom intortament għax kellhom bilfors imexxu d-data.

Għal din il-miżura, il-Gvern se jkun qed jalloka €2 miljun.

Aktar dettalji fuq is-sit illum.com.mt

More in Socjali