Id-djoċesi ta' Għawdex b'linji gwida dettaljati dwar il-festi titulari
Dawn jistgħu jsiru biss dejjem jekk is-sitwazzjoni tippermetti u jekk ikun hemm l-approvazzjoni tal-awtoritajiet tas-saħħa u l-Konferenza Episkopali Maltija
![yendrick_cioffi](http://content.illum.com.mt/ui_frontend/profile_thumbnail/300/300/yendrick_cioffi_1561649694.jpg)
14 ta' Mejju 2020 13:43
minn Yendrick Cioffi
minn Yendrick Cioffi
![](http://content.illum.com.mt/ui_frontend/thumbnail/684/0/69032080_2782990978396136_7071050112490799104_o.jpg)
Id-Djoċesi ta' Għawdex ippubblikat direttivi dwar kif jistgħu jkunu ċċelebrata l-festi din is-sena, dejjem jekk l-awtoritajiet tas-saħħa jagħtu l-permess li jistgħu jsiru ċelebrazzjonijiet fil-knejjes u dejjem jekk ikun jista' jsir pellegrinaġġ bil-vara titulari skont l-istruzzjonijiet tal-awtoritajiet tal-massa u anke tal-Konferenza Episkopali Maltija.
Dawn huma d-direttivi:
Jiem ta' tħejjija
- Fejn is-soltu ssir kwindiċina din tibda ħmistax-il ġurnata qabel jum il-festa u tkun tinkludi wkoll it-tlett ijiem tat-tridu u lejlet il-festa
- Fejn is-soltu ssir novena din tibda disat ijiem qabel jum il-festa u tkun tinkludi wkoll it-tlett ijiem tat-tridu u lejlet il-festa
- F'każijiet oħra, il-preparazzjoni tibda sitt ijiem qabel il-festa u tkun tinkludi wkoll it-tlett ijiem tat-tridu u lejlet il-festa
Iċ-ċelebrazzjonijiet fi żmien it-tħejjija
- Il-Quddiesa, bl-omelija, bis-sehem ta' konċelebranti, kif ukoll bis-sehem tal-organista, kantur/solista u xi koristi. Il-qari jinqara mill-organista jew il-kantur
- Espożizzjoni tas-Sagrament
- Talb tal-Liturġija tas-Sigħat
- Talba tar-Rużarju, Kurunella jew talb ieħor
- Katekeżi.
Jum il-festa
- Il-Quddiesa prinċipali bl-omelija. Mal-organista jistgħu jingħaqdu biss xi strumenti mużikali oħra imma mhux aktar minn sitta.
- Quddies ieħor isir bis-sehem tal-organista u solista.
- Espożizzjoni tas-Sagrament
- Talb tal-Liturġija tas-Sigħat
- Talba tar-Rużarju, Kurunella jew talb ieħor
- Katekeżi
Il-pellegrinaġġ
- Jista' jsir biss jekk jingħata permess mill-awtoritajiet tas-saħħa
- Isir filgħaxija u b'mod sempliċi u devot
- Jgħaddi mit-toroq li minnhom is-soltu tgħaddi l-purċissjoni
- Jimxi f'din l-ordni: L-istatwa u warajha l-kappillan, il-kleru, min se jgħin fit-talb u fl-aħħar nett il-poplu.
Tiżjin fil-knisja
- Jintrama d-damask tal-erba' pilastri ta' madwar l-artal u l-kor
- Jintrama l-artal maġġur, iż-żona tal-kor u t-tużell
- Jitniżżlu biss il-linef tal-kappelluni prinċipali
L-istatwa titulari
- Tintrama l-istatwa titulari
- Fejn hemm mant jista' jintrama
- Ma jsirx ħruġ min-niċċa
Armar ta' barra
- Jintrama u jinxtgħel xi dawl mal-faċċata tal-knisja
- Jintramaw u jinxtgħelu xi festuni tad-dawl fil-pjazza ta' quddiem il-knisja jew fuq iz-zuntier
- Jintramaw sett arbli bil-bandalori fil-pjazza ta' quddiem il-knisja jew fuq iz-zuntier
Nar
- Ħruq tan-nar isir skont kif imħabbar mill-Gvern aktar kmieni din il-ġimgħa
- Ma għandux jinxtara logħob tan-nar.
Festi esterni
- Għal din is-sena ma jsir xejn, lanqas daqq ta' banda jew permezz ta' sistema ta' sound.
![](http://content.illum.com.mt/ui_frontend/thumbnail/684/0/97144171_1472147052964574_1019654287229190144_o.png)
![](http://content.illum.com.mt/ui_frontend/thumbnail/684/0/97382740_1472146926297920_5042677095998685184_o.png)
![](http://content.illum.com.mt/ui_frontend/thumbnail/684/0/97628733_1472146836297929_381925573045256192_o.png)
![](http://content.illum.com.mt/ui_frontend/thumbnail/684/0/97785812_1472146762964603_5857832077411483648_o.png)
![](http://content.illum.com.mt/ui_frontend/profile_thumbnail/40/40/yendrick_cioffi_1561649702_zoom.jpg)
Yendrick Cioffi studja l-ġurnaliżmu fl-Università ta' Malta fejn kiseb Baċċellerat bl...
More in Socjali
![Il-maġġoranza tan-negozji Maltin jonfqu madwar €100 fix-xahar f’komunikazzjonijiet elettroniċi biss](http://content.illum.com.mt/ui_frontend/thumbnail/684/0/5_-_connection.png)
![Il-vann ta’ ALS Malta mkisser f'hit and run](http://content.illum.com.mt/ui_frontend/thumbnail/684/0/451679200_1001200418130093_8632866181317251828_n.jpg)
![Jintlemaħ bumerin wara 30 sena nieqes mill-ibħra Maltin](http://content.illum.com.mt/ui_frontend/thumbnail/684/0/3.2_-_bumerin.jpg)